Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2007 – Il-Kummissjoni vs Il-Greċja
(Kawża C‑440/06)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 91/271/KEE – Tniġġis u inkonvenjenzi – Trattament ta’ ilma urban mormi – Artikoli 3 u 4”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 16)
2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Prova tan-nuqqas (Artikolu 226 KE) (ara l-punti 27-28)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur ta’ l-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament ta’ ilma urban mormi (ĠU L 135, p. 40) – Nuqqas li jiġi assigurat trattament adegwat ta’ ilma urban mormi ta’ 24 agglomerazzjoni.
Dispożittiv
Billi ma assiguratx li l-agglomerazzjonijiet ta’ Artemida, ta’ Chrysoupoli, ta’ Igoumenitsa, ta’ Heraklion (Kreta), ta’ Katerini, ta’ Koropi, ta’ Lefkimmi, ta’ Litochoro (Prieria), ta’ Malia, ta’ Markopoulo, ta’ Megara, ta’ Nea Kydonia (Kreta), ta’ Navpaktos, ta’ Nea Makri, ta’ Parikia (Paros), ta’ Poros-Galatas, ta’ Rafina, ta’ Thessaloniki (żona turistika), ta’ Tripoli, ta’ Zakynthos, ta’ Alexandria (Imathia), ta’ Edessa u ta’ Kalymnos ikollhom, skond il-każ, sistemi ta’ ġbir għall-ilma urban mormi skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament ta’ ilma urban mormi u/jew b’impjanti ta’ trattament ta’ ilma mormi urban li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 4 ta’ l-imsemmija Direttiva, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha bis-saħħa ta’ dawn l-Artikoli.
Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy