Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2007 – Il-Kummissjoni vs Il-Greċja
(Kawża C‑481/06)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Kuntratti pubbliċi – Ksur ta’ l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 93/36/KE – Prinċipji ġenerali tat-Trattat – Prinċipju ta’ trattament ugwali u obbligu ta’ trasparenza – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li jsir użu mill-proċedura negozjata għal kuntratti pubbliċi għal provvisti fir-rigward ta’ ċerti materjali għal użu mediku”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 15)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur ta’ l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/36/KEE, ta’ l-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi ta’ provvista (ĠU L 199, p. 1) kif ukoll ta’ l-obbligu li tiġi ggarantita kompetizzjoni effettiva u ġusta – Dispożizzjoni nazzjonali li tikklassifika f’kategoriji s-sustanzi kollha intiżi għal użu mediku u li tistabbilixxi prezz massimu għal kull kategorija – Dispożizzjoni li tistabbilixxi kuntest regolamentari li jippermetti li jsir użu mill-proċedura negozjata għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal provvisti fir-rigward ta’ gruppi sħaħ ta’ prodotti ta’ dan it-tip, li huma kkaratterizzati mill-impossibbiltà li jsir paragun.
Dispożittiv
Billi żammet fis-seħħ l-Artikolu 7(2) tal-liġi 2955/2001 dwar il-“Provvista lil sptarijiet u dipartimenti oħra tas-saħħa ta’ l-iskemi reġjonali tas-saħħa u tas-sigurtà soċjali u dispożizzjonijiet oħra” kif ukoll id-dispożizzjonijiet li jimplementaw id-digrieti ministerjali konġunti DY6a/oik.38611 u DY6a/oik.38609, tat-12 ta’ April 2005, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/36/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1993 li tikkoordina l-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi ta’ provvisti, kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/78/KE, tat-13 ta’ Settembru 2001, kif ukoll skond il-prinċipji ġenerali tat-Trattat, b’mod partikolari t-trattament ugwali u l-obbligu ta’ transparenza.
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy