Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir‑Raba’ Awla) tat-30 ta’ April 2009 – CAS Succhi di Frutta vs Il‑Kummissjoni
(Kawża C‑497/06 P)
“Appell – Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Ħlas in natura – Ħlas lill-aġġudikatarji bi frott differenti minn dak speċifikat fl-avviż tas-sejħa għal offerti – Rabta kawżali”
1. Proċedura - Res judicata - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tistabbilixxi l-interess ġuridiku tar-rikorrenti għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni - Deċiżjoni kkwalifikata mill-Qorti tal-Ġustizzja bħala att li jikkawża preġudizzju(ara l-punti 33-35)
2. Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Illegalità - Dannu - Rabta kawżali - Kundizzjonijiet kumulattivi (Artikolu 288, it-tieni paragrafu, KE) (ara l punti 39, 40)
3. Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Aġir illegali tal-istituzzjonijiet - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tbiddel kundizzjoni għall-għoti ta’ kuntratt (Artikolu 288, it-tieni paragrafu, KE) (ara l-punti 60-66)
4. Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Spejjeż sostnuti minn offerent - Dritt għal kumpens - Assenza - Eċċezzjoni - Ksur tad-dritt Komunitarju (ara l-punti 81, 82)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla), tat-13 ta’ Settembru 2006, CAS Succhi di Frutta SpA vs Il‑Kummissjoni, (T‑226/01) li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors li kellu bħala suġġett talba għall-kumpens tad-danni allegatament ikkawżati mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(96)1916, tat-22 ta’ Lulju 1996, u C(96)2208, tas-6 ta’ Settembru 1996, li ġew adottati fil-kuntest tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 228/96, tas-7 ta’ Frar 1996, dwar il-provvista ta’ meraq tal-frott u ta’ ġamm iddestinati għall-popolazzjonijiet tal-Armenja u tal-Ażerbajġan (ĠU L 30, p. 18)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud
2)
CAS Succhi di Frutta SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy