Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Mejju 2008 – Il-Kummissjoni vs L-Italja
(Kawża C‑503/06)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 79/409/KEE – Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi – Derogi mis-sistema ta’ protezzjoni tal-għasafar selvaġġi – Reġjun ta’ Liguria”
1. Stati Membri – Obbligi – Implementazzjoni ta’ direttivi – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu mhux ikkontestat (Artikolu 226 KE) (ara l-punti 22-23)
2. Ambjent – Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi – Direttiva 79/409 – Implementazzjoni mill-Istati Membri (Artikolu 226 KE; Direttiva tal-Kunsill 79/409, Artikolu 9) (ara l-punt 24)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Adozzjoni u applikazzjoni, mir-reġjun ta’ Liguria, ta’ leġiżlazzjoni dwar l-awtorizzazzjoni ta’ derogi mis-sistema ta’ protezzjoni tal-għasafar selvaġġi li ma tosservax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 103, p. 1).
Dispożittiv
1)
Minħabba l-adozzjoni u l-applikazzjoni, mir-reġjun ta’ Liguria, ta’ leġiżlazzjoni li tawtorizza derogi mis-sistema ta’ protezzjoni tal-għasafar selvaġġi li ma tosservax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
Full & Egal Universal Law Academy