Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Lulju 2008 – Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C‑504/06)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu − Direttiva 92/57/KEE − Rekwiżiti minimi ta’ sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implementati f’postijiet ta’ kostruzzjoni temporanji jew mobbli − Artikolu 3(1) − Traspożizzjoni inkorretta”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punti 24-25)
2. Politika soċjali - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Direttiva 92/57 dwar il-ħtiġijiet [rekwiżiti] minimi ta’ sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implementati f’postijiet ta’ kostruzzjoni temporanji jew mobbli (Direttiva tal-Kunsill 92/57, Artikolu 3(1)) (ara l-punti 35-36)
3. Stati Membri - Obbligi - Implementazzjoni tad-direttivi - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Ġustifikazzjoni bbażata fuq is-sistema interna - Inammissibilità (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 38)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Traspożizzjoni inkorretta tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/57/KEE, tal-24 ta’ Ġunju 1992, dwar il-ħtiġijiet [rekwiżiti] minimi ta’ sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implementati f’postijiet ta’ kostruzzjoni temporanji jew mobbli (It-tmien Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 245, p. 6) – Ħatra ta’ koordinaturi għall-kwistjonijiet ta’ sigurtà u tas-saħħa għal post ta’ kostruzzjoni li fih hemm preżenti iktar minn kuntrattur wieħed.
Dispożittiv
1)
Billi ma ttrasponietx korrettament fil-liġi Taljana l-Artikolu 3 (1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/57/KEE, tal-24 ta’ Ġunju 1992, dwar il-ħtiġijiet [rekwiżiti] minimi ta’ sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implementati f’postijiet ta’ kostruzzjoni temporanji jew mobbli (It-tmien Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE), ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy