Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-29 ta’ Novembru 2007 – Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika ta’ Malta
(Kawża C‑508/06)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 96/59/KE – Artikolu 11 – Ġestjoni ta’ l-iskart – Rimi ta’ polychlorinated biphenyls u polychlorinated terphenyls – Nuqqas ta’ komunikazzjoni tal-pjanijiet u tal-qafas meħtieġa”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Evalwazzjoni tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 8)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/59/KE tas-16 ta’ Settembru 1996, dwar ir-rimi ta’ polychlorinated biphenyls u polychlorinated terphenyls (PCB/PCT) (ĠU L 243, p. 31) – Nuqqas li jiġu ppreparati u kkomunikati lill-Kummissjoni, fit-terminu previst, il-pjanijiet, il-qafas u s-sommarji ta’ inventarji previsti mid-direttiva.
Dispożittiv
1)
Billi ma kkomunikatx il-pjanijiet u l-qafas meħtieġa mill-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/59/KE tas-16 ta’ Settembru 1996, dwar ir-rimi ta’ polychlorinated biphenyls u polychlorinated terphenyls (PCB/PCT), ir-Repubblika ta’ Malta naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 11, moqri flimkien ma’ l-Artikolu 54 ta’ l-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea.
2)
Ir-Repubblika ta’ Malta hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy