Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Lulju 2007 –
Il-Kummissjoni vs L-Awstrija
(Kawża C‑517/06)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2003/98/KE – Użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu preskritt”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (Ara l-punt 10)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu preskritt, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Novembru 2003, dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 345, p. 90).
Dispożittiv
1)
Billi ma implementatx, fit-terminu preskritt, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi kollha neċessarji għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Novembru 2003, dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku, fil-leġiżlazzjoni tal-Länder ta’ Styria u ta’ Salzburg, ir-Repubblika ta’ l-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika ta’ l-Awstrija hija kkundannata tbati l-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy