Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ April 2008 – Il-Kummissjoni vs Il-Belġju
(Kawża C‑522/06)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Regolament (KE) Nru 2037/2000 – Sustanzi li jnaqqsu s-saff ta’ l-ożonu – Irkupru, riċiklaġġ, reklamazzjoni u distruzzjoni ta’ dawn is-sustanzi”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-fondatezza mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punti 19)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2000, dwar sostanzi li jnaqqsu s-saff ta’ l-ożonu (ĠU L 244, p. 1) – Artikoli 16(5) u 17(1) – Nuqqas li jiġu adottati l-miżuri li jiddefinixxu l-ħtiġiet minimi ta’ kwalifikazzjoni mitluba mill-ħaddiema inkarigati mill-irkupru, mir-riċiklaġġ, mir-reklamazzjoni u mid-distruzzjoni tas-sustanzi kontrollati msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament u li jinsabu fit-tagħmir ta’ refriġerazzjoni u ta’ arja kundizzjonata, fil-pompi tas-sħana, fis-sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u fl-estinturi tan-nar – Nuqqas li jiġu adottati miżuri ta’ prekawzjoni prattikabbli sabiex ma jħallux u jnaqqsu kemm jista’ jkun it-tnixxijiet ta’ sustanzi kkontrollati u nuqqas ta’ kontrolli relatati mal- preżenza eventwali ta’ tnixxijiet.
Dispożittiv
1)
Ir-Renju tal-Belġju
2)
– billi naqas milli jiddefinixxi l-ħtiġiet minimi ta’ kwalifikazzjoni għal ċerti membri tal-persunal li jaħdmu fl-irkupru, fir-riċiklaġġ, fir-reklamazzjoni u fid-distruzzjoni ta’ sustanzi kontrollati skond l-Artikolu 16(5) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2037/2000 tad-29 ta’ Ġunju 2000, dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff ta’ l-ożonu, u
– billi, f’dak li jikkonċerna r-reġjun tal-Vallonja, ma adottax il-miżuri ta’ prekawzjoni kollha sabiex ma jħallix u jnaqqas it-tnixxijiet ta’ sustanzi kontrollati kif ukoll billi ma wettaqx kontrolli annwali sabiex jistabbilixxi l-preżenza jew le ta’ tnixxijiet, skond l-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 2037/2000,
naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-imsemmija dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament.
3)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy