Kawża C-175/06
Alessandro Tedesco
vs
Tomasoni Fittings Srl
u
RWO Marine Equipment Ltd
(talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunale civile di Genova)
“Tħassir”
Sommarju tad-digriet
Domandi preliminari — Irtirar mill-qorti tar-rinviju tad-domandi magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja — Tħassir
(Art. 234 KE)
DIGRIET TAL-PRESIDENT
TAR-RABA’ AWLA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA
27 ta’ Settembru 2007 (*)
“Tħassir”
Fil-kawża C-175/06,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skond l-Artikolu 234 KE, imressqa mit-Tribunale civile di Genova (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni ta’ l-14 ta’ Marzu 2006, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-24 ta’ Marzu 2006, fil-proċedura
Alessandro Tedesco
vs
Tomasoni Fittings Srl,
RWO Marine Equipment Ltd,
IL-PRESIDENT TAR-
RABA’ AWLA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA,
wara li nstemgħat l-Avukat Ġenerali J. Kokott,
jagħti l-preżenti
Digriet
1 B’deċiżjoni tas-26 ta’ Marzu 2007, li waslet fir-reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-21 ta’ Settembru 2007, it-Tribunale civile di Genova kkonstata li ntemmet l-istanza quddiemu, u għaldaqstant id-domandi preliminari mressqa kienu saru irrilevanti.
2 F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi ordnat it-tħassir ta’ din il-kawża mir-reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja.
3 Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti nazzjonali, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta’ l-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk ta’ l-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.
Għal dawn il-motivi, il-President tar-Raba’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja jordna:
Il-kawża C-175/06 hija mħassra mir-reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Il-Lussemburgu, 27 ta’ Settembru 2007
R. Grass
K. Lenaerts
Ir-Reġistratur
Il-President tar-Raba’ Awla
* Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Full & Egal Universal Law Academy