Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2008 – Raffinerie Tirlemontoise vs Bureau d’intervention et de restitution belge (BIRB)
(Kawża C‑200/06)
“Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura – Zokkor – Imposti fuq il-produzzjoni – Regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tal-kwoti – Teħid inkunsiderazzjoni tal-kwantitajiet taz-zokkor li jinsabu fil-prodotti pproċessati – Determinazzjoni tal-produzzjoni żejda li tista’ tiġi esportata – Determinazzjoni tat-telf medju”
Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Zokkor – Imposti fuq il-produzzjoni (Regolamenti tal-Kunsill Nru 2038/1999, Artikolu 33(1), u Nru 1260/2001, Artikolu 15(1)(ċ) u (d); Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 2267/2000, Nru 1993/2001, Nru 314/2002, kif emendat bir-Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 1140/2003 u Nru 38/2004, Artikolu 6(4) u (5), Nru 1837/2002, Nru 1762/2003 u Nru 1775/2004) (ara l-punti 24-29, 31-33, 34-40 u d-dispożittivi 1, 2)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Tribunal de première instance de Bruxelles – Interpretazzjoni tal-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tad-19 ta’ Ġunju 2001, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (ĠU L 178, p. 1) – Validità tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 314/2002 tal-20 ta’ Frar 2002, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ kwoti fis-settur taz-zokkor (ĠU L 50, p. 40) – Validità tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1775/2004, tal-14 ta’ Ottubru 2004, li jiffissa, għas-sena tas-suq 2003/2004, l-ammonti tal-imposti fuq il-produzzjoni għas-settur taz-zokkor (ĠU L 316, p. 64), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1762/2003 tas-7 ta’ Ottubru 2003, li jiffissa, għas-sena tas-suq 2002/2003, l-ammonti tal-imposti fuq il-produzzjoni għas-settur taz-zokkor (ĠU L 254, p. 4), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1837/2002, tal-15 ta’ Ottubru 2002, li jiffissa, għas-sena tas-suq 2001/2002, l-ammonti tal-imposti fuq il-produzzjoni kif ukoll il-koeffiċjent tal-imposta addizzjonali fis-settur taz-zokkor (ĠU L 278, p. 13), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1993/2001 tal-11 ta’ Ottubru 2001 li jiffissa, għas-sena tas-suq 2000/2001, l-ammonti tal-imposti fuq il-produzzjoni għas-settur taz-zokkor (ĠU L 271 p. 15) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2267/2000 tat-12 ta’ Ottubru 2000 li jiffissa, għas-sena tas-suq 1999/2000, l-ammonti tal-imposti fuq il-produzzjoni kif ukoll il-koeffiċjent tal-kalkoklu tat-taxxi addizzjonali fis-settur taz-zokkor (ĠU L 259 p. 29) – Metodu ta’ kalkolu użat sabiex jiġi evalwat it-telf totali li kellu jiġi ffinanzjat mit-taxxi tal-produzzjoni – Teħid inkunsiderazzjoni, sabiex tiġi stabbilita l-produzzjoni żejda li tista’ tiġi esportata, tal-kwantitajiet ta’ zokkor esportati kollha u sabiex jiġi stabbilit it-telf medju għal kull tunnellata zokkor, unikament tal-kwantitajiet li taw lok għall-ħlas ta’ rifużjoni fuq l-esportazzjoni.
Dispożittiv
1)
Skont l-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tad-19 ta’ Ġunju 2001, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor, l-produzzjoni żejda li tista’ tiġi esportata tinkludi l-kwantitajiet ta’ zokkor li jaqgħu taħt dan l-artikolu li jinsabu fi prodotti pproċessati esportati mingħajr ma jkunu effettivament tħallsu rifużjonijiet.
L-Artikolu 15(1)(d) ta’ dan ir-regolament għandu jiġi interpetat fis-sens li l-kwantitajiet ta’ prodotti esportati kollha li jaqgħu taħt dan l-artikolu, kemm jekk ikunu effettivament tħallsu rifużjonijiet jew le, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi stabbilit it-telf medju għal kull tunnellata ta’ prodott.
Mill-eżami tal-Artikolu 6(4) u (5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 314/2002 tal-20 ta’ Frar 2002, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ kwoti fis-settur taz-zokkor, skont il-każ, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1140/2003, tas-27 ta’ Ġunju 2003 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 38/2004, tad-9 ta’ Jannar 2004, ma rriżultawx elementi ta’ natura li jaffettwaw il-validità tiegħu.
2)
Mill-eżami tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2267/2000 tat-12 ta’ Ottubru 2000, li jiffissa, għas-sena tas-suq 1999/2000, l-ammonti tal-imposti fuq il-produzzjoni kif ukoll il-koeffiċjent tal-kalkolu tat-taxxi addizzjoniali fis-settur taz-zokkor; tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1993/2001 tal-11 ta’ Ottubru 2001, li jiffissa, għas-sena tas-suq 2000/2001, l-ammonti tal-imposti fuq il-produzzjoni fis-settur taz-zokkor u, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1837/2002 tal-15 ta’ Ottubru 2004, li jiffissa, għas-sena tas-suq 2001/2002, l-ammonti tal-imposti fuq il-produzzjoni kif ukoll il-koeffiċjent addizzjonali fis-settur taz-zokkor, ma rriżultawx elementi ta’ natura li jaffettwaw il-validità tagħhom.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1762/2003 tas-7 ta’ Ottubru 2003, li jiffissa, għas-sena tas-suq 2002/2003, l-ammonti tal-imposti fuq il-produzzjoni għas-settur taz-zokkor u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1775/2004 tal-14 ta’ Ottubru 2004, li jiffissa, għas-sena tas-suq 2003/2004, l-ammonti tal-imposti fuq il-produzzjoni għas-settur taz-zokkor, huma invalidi.
Full & Egal Universal Law Academy