Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Lulju 2007 – Yedaș Tarim ve Otomotiv Sanayi ve Ticaret vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni
(Kawża C‑255/06 P)
“Appell – Ftehim internazzjonali – Ftehim KEE-Turkija – Unjoni doganali bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkija – Għajnuna finanzjarja intiża sabiex tikkumpensa”
1. Ftehim internazzjonali – Ftehim tal-Komunità – Effett dirett – Kundizzjonijiet – Artikoli 2(1), 3(1), u 6 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija u l-preambolu tal-Protokoll Addizzjonali (Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija, Artikoli 2(1), 3(1), u 6; Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija) (Ara l-punti 36-40)
2. Appell – Motivi – Nuqqas ta’ identifikazzjoni ta’ l-iżball ta’ liġi invokat – Inammissibbiltà (Artikolu 225 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ)) (Ara l-punti 46, 52, 56-57, 64)
3. Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità (Artikoli 226 KE u 288(2) KE) (Ara l-punt 48)
4. Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Rabta kawżali (Artikolu 288(2) KE) (Ara l-punt 61)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ Marzu 2006, Yedaș Tarim ve Otomotiv Sanayi ve Ticaret vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala infondat rikors għal danni intiż sabiex jinkiseb kumpens tad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti b’riżultat tan-nuqqas min-naħa ta’ l-istituzzjonijiet konvenuti li jirrispettaw l-obbligi previsti fid-dispożizzjonijiet dwar l-unjoni doganali bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkija u partikolarment l-obbligu li titħallas għajnuna finanzjarja intiża sabiex tikkumpensa għall-effetti negattivi ta’ l-unjoni doganali fuq l-ekonomija Torka.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Yedaş Tarim ve Otomotiv Sanayi ve Ticaret AŞ hija kkundannata tbati l-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy