Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-31 ta’ Jannar 2012 — Il‑Kummissjoni vs Kallianos
(Kawża C‑323/06 P-DEP)
“Intaxxar tal-ispejjeż”
1. Proċedura — Spejjeż — Taxxa — Spejjeż li jistgħu jinġabru — Spejjeż indispensabbli sostnuti mill-partijiet — Kunċett — Onorarji mħallsa minn istituzzjoni lill-avukat tagħha — Inklużjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 73(b)) (ara l-punti 9, 10)
2. Proċedura — Spejjeż — Taxxa — Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 73(b)) (ara l-punti 13, 15)
Suġġett
Rikors għal intaxxar tal-ispejjeż wara d-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla), tal‑20 ta’ Marzu 2007, fil-Kawża C‑323/06 P Kallianos vs Il‑Kummissjoni.
Dispożittiv
L-ammont totali tal-ispejjeż li T. Kallianos għandu jħallas lura lill-Kummissjoni Ewropea huwa ffissat għas-somma ta’ EUR 3 500.
Full & Egal Universal Law Academy