Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-20 ta’ Frar 2008 – Comunidad Autónoma de Valencia – Generalidad Valenciana
(Kawża C‑363/06 P)
“Appell – Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura – Artikolu 19 ta’ l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja – Rappreżentanza minn avukat – Osservanza tal-forom proċedurali sostanzjali tar-Regoli tal-Proċedura – Prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”
1. Proċedura – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 19(3) u (4) u 21(2); Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 44(6)) (ara l-punti 24-26, 34)
2. Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-elementi ta’ prova – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225(1), KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 58) (ara l-punti 42)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Lulju 2006, Comunidad Autónoma de Valencia – Generalidad de Valencia vs Il-Kummissjoni (T-357/05) li bih il-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala manifestament inammissibbli r-rikors tar-rikorrenti li għandu bħala suġġett l-annullament tad-Deċiżjoni C(2005)1867 finali tal-Kummissjoni, tas-27 ta’ Ġunju 2005, dwar tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja inizjalment mogħtija mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-grupp ta’ proġetti Nru 97/11/61/028, dwar il-ġbir u t-trattament ta’ ilmijiet residwali fuq il-kosta Meditterranja tal-Comunidad Autónoma de Valencia (Spanja) – Rappreżentanza minn avukat – Artikolu 19 ta’ l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja
Dispożittiv
1) L-appell huwa miċħud.
2) Il-Comunidad Autónoma de Valencia – Generalidad de Valencia hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy