Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ta’ l-24 ta’ Settembru 2007 – Torres vs L-UASI
(Kawża C‑405/06 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva ‘Torre Muga’ – Proċedura ta’ oppożizzjoni – Trade mark nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti ‘TORRES’ – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Ċaħda ta’ l-oppożizzjoni”
1. Trade mark komunitarja – Definizzjoni u akkwist tat-trade mark komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)b)) (ara l- punt 32)
2. Appell – Aggravji – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-elementi ta’ fatt u ta’ prova – Esklużjoni ħlief każ ta’ żnaturament (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58(1)) (ara l-punt 34)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Lulju 2006, Torres vs L-UASI u Bodegas Muga (T-247/03) li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta’ l-Ewwel Bord ta’ l-Appell ta’ l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-7 ta’ April 2003 (Każ R 998/2001-1), dwar proċedura ta’ oppożizzjoni bejn Miguel Torres S.A. u Bodegas Muga S.A.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Miguel Torres SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy