Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Novembru 2007 – Stahlwerk Ergste Westig
(Kawża C‑415/06)
“L-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura – Risposta li tkun tista’ kjarament tiġi dedotta mill-ġurisprudenza – Moviment liberu tal-kapital – Taxxi fuq id-dħul – Kumpannija li għandha stabbiliment permanenti fi Stat terz – Teħid in kunsiderazzjoni tat-telf mill-imsemmija stabbilimenti”
1. Domandi preliminari – Risposta li tkun tista’ tiġi dedotta mill-ġurisprudenza – Applikazzjoni ta’ l-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 104(3)) (ara l-punti 9-10)
2. Moviment liberu tal-persuni – Libertà ta’ stabbiliment – Dispożizzjonijiet tat-Trattat – Kamp ta’ applikazzjoni (Artikoli 43 KE u 56 KE) (ara l-punti 14, 16, 18, 19 u d-dispożittiv)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Bundesfinanzhof – Interpretazzjoni ta’ l-Artikolu 56 KE, ta’ l-Artikolu 57(1) KE u ta’ l-Artikolu 58 KE – Tnaqqis mill-profitti taxxabbli ta’ kumpannija nazzjonali tat-telf li jirriżulta mill-attività ta’ stabbiliment permanenti stabbilit f’pajjiż ieħor – Rifjut li jsir it-tnaqqis abbażi ta’ ftehim bilaterali intiż biex jipprevjeni t-tassazzjoni doppja, konkluż ma’ dan il-pajjiż l-ieħor.
Dispożittiv
Sistema fiskali nazzjonali li biha kumpannija li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru ma tistax tnaqqas, matul id-determinazzjoni tar-riżultati tagħha, telf relatat ma’ stabbiliment li jinsab fi Stat terz, taffettwa b’mod rilevanti l-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment fis-sens ta’ l-Artikoli 43(KE) sa 48(KE). Dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx ikunu invokati f’sitwazzjoni dwar stabbiliment bħal dan li jinsab fi Stat terz.
Full & Egal Universal Law Academy