Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ta’ l-4 ta’ Ottubru 2007 – Il-Finlandja vs Il-Kummissjoni
(Kawża C‑457/06 P)
“Appell – Rikors għal annullament – Inammissibbiltà – Att li ma joħloqx effetti ġuridiċi vinkolanti – Riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej – Proċedura ta’ ksur – Artikolu 11 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 – Imgħax għal dewmien – Negozjati biex jintlaħaq ftehim dwar ħlas kundizzjonali – Ittra ta’ rifjut”
1. Riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej – Konstatazzjoni u tqegħid għad-dispożizzjoni mill-Istati Membri (Artikolu 10 KE u 226 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1150/2000) (ara l-punti 34, 36, 38-40, 42-43)
2. Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors – Atti li joħolqu effetti ġuridiċi vinkolanti (Artikolu 230 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1150/2000) (ara l-punti 36, 45, 54, 59-60)
Suġġett
Appell imressaq kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Settembru 2006, Il-Finlandja vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (T-350/05), li bih il-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli rikors li għandu bħala suġġett talba għal-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-8 ta’ Lulju 2005, li tirrifjuta li tibda negozjati mar-Repubblika tal-Finlandja dwar il-possibbiltà li tħallas provviżorjament dazji doganali fuq tagħmir ta’ difiża mitluba mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Atti li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors
Dispożittiv
L-appell huwa miċħud.
Ir-Repubblika tal-Finlandja hija kkundannata tbati l-ispejjeż..
Full & Egal Universal Law Academy