Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta' Marzu 2008 –
Consel Gi. Emme vs SLALA
(Kawża C‑467/06)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Inammissibbiltà”
1. Domandi preliminari - Ammissibbiltà - Domandi magħmula mingħajr informazzjoni suffiċjenti fuq il-kuntest fattwali u leġiżlattiv (Artikolu 234 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23) (ara l-punti 15-17, 21, 23)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Tribunale civile di Genova - Għoti dirett tal-ġestjoni ta’ servizzi u ta’ infrastrutturi pubbliċi lil kumpannija li għandha rwol ta’ sorveljanza tas-suq ikkonċernat - Għoti lil din il-kumpannija tas-setgħa li tiddetermina l-kontenut tal-kuntratti ta’ konċessjoni li jeżistu bejn il-kompetituri tagħha stess u l-Istat u li tirrexxindi l-imsemmija kuntratti.
Dispożittiv
1)
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale civile di Genova, b’deċiżjoni tas-16 ta’ Novembru 2006, hija manifestament inammissibbli.
Full & Egal Universal Law Academy