DIGRIET TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla)
tal-25 ta’ Ottubru 2007
Kawża C-495/06 P
Bart Nijs
vs
Il-Qorti ta’ l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej
“Appell – Promozzjoni – Proċedura ta’ promozzjoni 2003 – Rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera – Deċiżjoni li tistabbilixxi r-rapport b’mod definittiv – Deċiżjoni li jiġi promoss uffiċjal ieħor għal grad ta’ traduttur-reviżur – Talba għal kumpens għad-dannu – Appell li huwa parzjalment manifestamenti inammissibli u parzjalment manifestament infondat”
Suġġett: Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2006, Nijs vs Il-Qorti ta’ l-Awdituri (T-171/05, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet – safejn hija bbażat ruħha fuq motivi oħra minbarra n-nuqqas ta’ motivazzjoni – ir-rikors li għandu bħala suġġett, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi b’mod definittiv ir-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għall-proċedura 2003, tad-deċiżjoni li tattribwixxi punti ta’ mertu tar-rikorrent għall-proċedura 2003 u tad-deċiżjoni li dan ma jiġix promoss fl-2004, kif ukoll tad-deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ l-ilment imressaq kontra dawn id-deċiżjonijiet u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens għad-dannu subit.
Deċiżjoni: L-appell huwa miċħud. B. Nijs huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Sommarju
1. Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-evalwazzjoni tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament
(Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Prim’Istanza, l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 58)
2. Appell – Aggravji – Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja – Inammissibbiltà
(Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 58;Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,Artikolu 112(1)(ċ))
Full & Egal Universal Law Academy