Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Novembru 2007 – Correia de Matos vs Il-Parlament
(Kawża C‑502/06 P)
“Appell – Rekwiżiti proċedurali – Nuqqas ta’ rappreżentanza tar-rikorrent – Inammissibbiltà”
Proċedura – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 19, u l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 37(1), Artikolu 38(3), u Artikolu 58) (ara l-punti 11‑13)
Suġġett
Appell ippreżentat mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tas-27 ta’ Settembru 2006, Carlos Correia de Matos vs Il-Parlament Ewropew (T-440/05), li bih ċaħdet bħala manifestament inammissibbli talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-President tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Awwissu 2004 li tirrifjuta l-ilment ippreżentat mir-rikorrent kontra r-Repubblika Portugiża.
Dispożittiv
1)
L-appell ta’ C. Correia de Matos huwa inammissibbli.
2)
Il-kawża hija mħassra mir-reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.
Full & Egal Universal Law Academy