Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Settembru 2008 – Correia de Matos vs Il-Parlament
(Kawża C‑502/06 P-INT)
“Proċedura – Talba għal interpretazzjoni – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja”
Proċedura – Interpretazzjoni ta’ sentenza – Talba għall-interpretazzjoni ta’ digriet – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 43; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 102) (ara l-punti 6-8)
Suġġett
Talba għall-interpretazzjoni tad-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla), tal-21 ta’ Novembru 2007, fil-kawża C-502/06 P, Carlos Correia de Matos vs Il-Parlament Ewropew.
Dispożittiv
1)
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex twieġeb għat-talba għal interpretazzjoni mressqa minn C. Correia de Matos.
2)
C. Correia de Matos għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy