Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2007 – Agenzia Dogane Circoscrizione Doganale di Genova vs Euricom
(Kawża C‑505/06)
“L-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura – Kodiċi Doganali tal-Komunità – Ipproċessar tad-dħul – Ftehim ta’ Assoċjazzjoni – Esportazzjoni minn qabel ta’ ross lejn pajjiż terz marbut bi ftehim ta’ preferenza doganali – Artikolu 216 tal-Kodiċi Doganali”
Unjoni doganali - Ħolqien ta’ dejn doganali fil-każ ta’ ksib ta’ trattament preferenzjali tat-tariffa f’pajjiż terz (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikoli 115(1)(b), u 216) (ara l-punt 26 u d-dispożittiv)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Commissione tributaria regionale di Genova - Interpretazzjoni ta’ l-Artikoli 114, 115(1) u (3), u 216 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, p.1) - Ross esportat taħt il-proċedura ta’ l-ipproċessar tad-dħul lejn pajjiż terz li huwa marbut bi ftehim ta’ preferenza doganali
Dispożittiv
L-Artikolu 216 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Novembru 2000, huwa applikabbli għall-operazzjonijiet ta’ l-ipproċessar tad-dħul imsemmija fl-Artikolu 115(1)(b) ta’ dan ir-regolament, li fihom il-prodotti li jikkumpensaw lil xulxin ġew esportati mill-Komunità Ewropea qabel l-importazzjoni tal-merkanzija ta’ importazzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy