Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2007 – PTV vs L-UASI
(Kawża C‑512/06 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Sinjal verbali map&guide”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u akkwist tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv tas-sinjal (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 24, 26, 41)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) ta’ l-10 ta’ Ottubru 2006, PTV vs L-UASI (map&guide) (T-302/03), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni li ċaħdet l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “map&guide” għal ċerti prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 41 u 42 – Karattru distintiv tat-trade mark.
Dispożittiv
L-appell huwa miċħud.
PTV Planung Transport Verkehr AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy