25.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 147/31
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Jannar 2013 — De Luca vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-20/06 RENV)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rinviju lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wara annullament - Ħatra - Uffiċjal li jaċċedi għal grupp ta’ funzjonijiet superjuri permezz ta’ kompetizzjoni ġenerali - Kandidat inkluż f’lista ta’ riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda - Regoli tranżitorji ta’ klassifikazzjoni fi grad matul ir-reklutaġġ - Klassifikazzjoni fi grad b’applikazzjoni tar-regoli l-ġodda - Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal)
2013/C 147/55
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Patrizia De Luca (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, u J.-N. Louis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. Currall, aġent)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-23 ta’ Frar 2005, li taħtar lir-rikorrenti, uffiċjal diġà kklassifikata fil-grad A*10 u kandidata li għaddiet minn kompetizzjoni għall-gradi A5/A4, għal impjieg ta’ amministratur fid-Direttorat Ġenerali “Ġustizzja, libertà u sigurtà”, sa fejn din timmodifika l-klassifikazzjoni tagħha mill-grad A*10 għall-grad A*9.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
P. De Luca u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħom stess fiż-żewġ proċeduri mibdija quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż ta’ P. De Luca relattivi għall-proċedura mibdija quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
(4)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.
Full & Egal Universal Law Academy