9.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/28
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Novembru 2012 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-41/06 RENV) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rinviju lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wara annullament - Invalidità - Irtirar mhux volontarju minħabba invalidità - Kompożizzjoni tal-Kumitat tal-Invalidità - Regolarità - Kundizzjonijiet)
2013/C 38/52
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett tal-kawża
Rinviju wara annullament — Servizz pubbliku — Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ġġiegħel lir-rikorrent jirtira minħabba invalidità kif ukoll ta’ sensiela ta’ atti konnessi ma’ din id-deċiżjoni u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv tas-sentenza
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Kawżi F-41/06, F-41/06 RENV u T-20/09 P.
(1) ĠU C 131, 3.6.2006, p. 54
Full & Egal Universal Law Academy