26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/53
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 — Sundholm vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-42/06) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport ta' żvilupp ta' karriera - Eżerċizzju ta' evalwazzjoni 2004 - Għanjiet u kriterji ta' evalwazzjoni - Danni)
(2008/C 22/101)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Asa Sundholm (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u M. Velardo, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Minn naħa, l-annullament tar-rapport dwar l-iżvilupp ta' karriera tar-rikorrenti għas-sena 2004 u, min-naħa l-oħra, talba għal danni
Dispożittiv
1)
Ir-rapport ta' żvilupp tal-karriera tas-Sinjura Sundholm stabbilit għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2004 huwa annullat.
2)
Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija ordnata tbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 131, 3.6.2006, p. 54.
Full & Egal Universal Law Academy