19.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 340/34
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Settembru 2011 — De Buggenoms et vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-45/06)
(Servizz pubbliku - Proċedura - Talba għal reviżjoni - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Talba għal reviżjoni relatata ma’ digriet għal tħassir tal-kawża wara rinunzja għall-atti - Awtorità ta’ res judicata - Assenza - Inammissibblità mqajma ex officio)
2011/C 340/68
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Sandrine De Buggenoms et (Hoeilaart, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues, C. Bernard-Glanz u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u J. Herrmann, aġenti)
Suġġett
Rikors għal reviżjoni ppreżentat mir-rikorrenti kontra d-digriet tal-Ewwel Awla tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, fis-16 ta’ Settembru 2010, fil-Kawża F-45/06.
Dispożittiv
(1)
It-talba għal reviżjoni hija miċħuda bħala inammissibbli.
(2)
Il-partijiet li qegħdin jitolbu r-reviżjoni għandhom ibatu l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.
(3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, parti intervenjenti fil-kawża għal reviżjoni, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.
Full & Egal Universal Law Academy