21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/69
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-5 ta' Novembru 2008 — Avanzata et vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-48/06) (1)
(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Klassifika u remunerazzjoni - Ex ħaddiema impjegati skont il-liġi Lussemburgiża)
(2009/C 44/118)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Eric Avanzata domiċiljat f'Hussigny (Franza), u 20 membru tal-persunal bil-kuntratt ieħor (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet ta' impjieg tar-rikorrenti, b'mod partikolari tal-grupp ta' servizz tagħhom, tal-grad tagħhom, tal-iskala tagħhom u tar-remunerazzjoni tagħhom hekk kif huma stabbiliti mid-dispożizzjonijiet tal-kuntratti tagħhom bħala membri tal-persunal.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 154, 1.7.2006, p. 26.
Full & Egal Universal Law Academy