11.10.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 260/19
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) ta' l-10 ta' Lulju 2008 — Cathy Sapara vs Eurojust
(Kawża F-61/06) (1)
(Uffiċjali - Membri tal-persunal temporanju - Reklutaġġ - Perijodu ta' prova - Estensjoni tal-perijodu ta' prova - Tkeċċija fit-tmiem tal-perijodu ta' prova - Obbligu ta' motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Żball manifest ta' evalwazzjoni - Abbuż psikoloġiku)
(2008/C 260/35)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Cathy Sapara (L-Aja, l-Olanda) (rappreżentanti: G. Vandersanden u C. Ronzi, avukati)
Konvenuta: Eurojust (rappreżentant: L. Defalque, avukat)
Suġġett
Minn naħa, annullament tad-deċiżjoni ta' EUROJUST tas-6 ta' Lulju 2005 li ttemm il-kuntratt ta' membru tal-persunal temporanju fit-tmiem tal-perijodu ta' reklutaġġ tiegħu u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 165, 15.7.2006, p. 35.
Full & Egal Universal Law Academy