28.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 234/55
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Lulju 2010 — Lesniak vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-67/06) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Membri tal-persunal temporanju maħtura uffiċjali - Kandidati inklużi fuq lista ta’ riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti l-ġodda tal-Persunal - Regoli tranżitorji ta’ klassifikazzjoni fi grad meta jsir ir-reklutaġġ - Klassifikazzjoni fi grad skont ir-regoli l-ġodda inqas favorevoli - Artikolu 5(4) u Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal)
2010/C 234/100
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Christophe Lesniak (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’Awwissu 2005 li taħtar lir-rikorrent, li qabel kien membru tal-persunal temporanju kklassifikat fil-grad A*10, skala 2, u li għadda mill-kompetizzjoni esterna PE/99/A, bħala uffiċjal taħt prova kklassifikat fil-grad A*6, skala 2
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 178, 29.07.06, p. 43.
Full & Egal Universal Law Academy