26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/54
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 — Van Neyghem vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-73/06) (1)
(Servizz Pubbliku - Uffiċċjali - Konkors ġenerali - Evalwazzjoni ta' l-eżami bil-miktub - Terminu li fih kellu jitressaq l-ilment - Ammissibbilità - Obbligu ta' motivazzjoni)
(2008/C 22/102)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Kris Van Neyghem (Vissenaken, il-Belgju) (rappreżentanti: l-ewwel S. Rodrigues, A. Jaume u C. Bernard-Glanz, avukati, u mbagħad S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Joris u M. Velardo)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni ta' l-EPSO ta' l-1 ta' Ġunju 2005 li tirrifjuta lir-rikorrent aċċess għall-parti orali tal-konkors EPSO/A/19/04 minħabba r-riżultat insuffiċjenti tiegħu fil-parti bil-miktub, u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens ta' danni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 190, 12.8.2006, p. 37.
Full & Egal Universal Law Academy