7.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/49
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Schell vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-83/06) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Punti ta' prijorità - Dispożizzjonijiet Ġenerali ta' Eżekuzzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal)
(2009/C 32/95)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Arno Schell (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Berscheid u M. Velardo, aġenti)
Suġġett
Servizz pubbliku — L-annullament, prinċipalment, tal-listi tal-uffiċjali promossi taħt il-proċeduri ta' promozzjoni 2004 u 2005, safejn dawn il-listi ma jinkludux l-isem tar-rikorrent u, sussidjarjament, tal-attribuzzjoni tal-punti ta' promozzjoni għall-proċeduri ta' promozzjoni msemmija hawn fuq fir-rigward tar-rikorrent.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 237, 30.9.2006, p. 18.
Full & Egal Universal Law Academy