19.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 340/35
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Settembru 2011 — Saintraint vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-103/06 REV)
(Servizz Pubbliku - Proċedura - Talba għal reviżjoni - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Serviżż Pubbliku - Deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Talba għal reviżjoni ta’ digriet ta’ tħassir sussegwenti għal rinunzja għall-atti - Res judicata - Nuqqas - Inammissibbiltà mqajma ex officio)
2011/C 340/69
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Antoine Saintraint (La Paz, il-Bolivja) (rappreżentanti: S. Rodrigues, C. Bernard-Glanz u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u J. Herrmann, aġenti)
Suġġett
Rikors għal reviżjoni ippreżentat mir-rikorrent kontra d-digriet tal-Ewwel Awla tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tas-16 ta’ Settembru 2010, fil-Kawża F-103/06.
Dispożittiv
(1)
It-talba għal reviżjoni hija miċħuda bħala inammissibbli.
(2)
Il-parti li talbet ir-reviżjoni għandha tbati l-ispejjeż tal-Kummissjoni.
(3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, intervenjenti fir-reviżjoni, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy