7.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/50
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Buckingham et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża F-116/06) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni msejħa tat-“tieni filliera’ - Proċedura ta' promozzjoni 2005 - Attribuzzjoni ta' punti ta' prijorità - Dispożizzjonijiet tranżitorji - Dispożizzjonijiet ġenerali għall-implementazzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Trattament ugwali - Ammissibbiltà)
(2009/C 32/97)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Anne Buckingham et (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoest, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u Katarzyna Herrmann, aġenti)
Suġġett
Servizz pubbliku — L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Novembru 2005, ippubblikata fl-Avviżi Amministrattivi Nru 85-2005, safejn din id-deċiżjoni ma tagħti lir-rikorrenti, uffiċjali fil-grad A*12, ebda punt ta' prijorità bħala rikonoxximent tax-xogħol imwettaq fl-interess tal-istituzzjoni fil-kuntest tal-proċedura ta' promozzjoni għas-sena 2004.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 294, 2.12.2006, p. 66.
Full & Egal Universal Law Academy