7.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/50
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Reali vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-136/06) (1)
(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal kuntrattwali - Reklutaġġ - Klassifikazzjoni fi grad - Esperjenza professjonali - Diploma - Ekwivalenza)
(2009/C 32/98)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Enzo Reali (Firenze, l-Italja) [rappreżentant: S.A. Pappas, avocat]
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: J. Curall u M.Velardo, aġenti]
Suġġett
Servizz Pubbliku — L-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra (AIPN) tat-30 ta' Awwissu 2006 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrent, membru tal-persunal kuntrattwali, sabiex jiġi kklassifikat mill-ġdid mill-grad 14 għall-grad 16 tal-grupp tal-funzjoni IV, minħabba l-valur li għandu jiġi attribwit lid-diploma tiegħu ta' “Laurea in Scienze agrarie” fil-kalkolu tal-esperjenza professjonali tiegħu.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 20, 27.1.2007, p. 38.
Full & Egal Universal Law Academy