29.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 79/35
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-25 ta' Jannar 2008 — Duyster vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-80/06) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Leave tal-ġenitur - Talba għall-irtirar tal-leave tal-ġenitur - lis pendens - Inammissibbiltà manifesta)
(2008/C 79/66)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Duyster Tineke (Oetrange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: W. van den Muijsenbergh, avocat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra (AIPN), tat-22 ta' Diċembru 2005, li tiddikjara inammissibbli t-talba mressqa mir-rikorrenti fis-6 ta' Diċembru 2005 fir-rigward tad-deċiżjoni ta' l-AIPN tas-17 ta' Novembru 2005 dwar id-data tal-bidu tal-leave tal-ġenitur tar-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
Kull parti tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 261, 28.10.2006, p. 33.
Full & Egal Universal Law Academy