10.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/45
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-4 ta' Novembru 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-133/06) (1)
(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Talba għal radd lura ta' beni personali - Deċiżjoni li tiċħad it-talba f'lingwa li mhijiex il-lingwa materna tal-uffiċjal - Rikors tardiv - Inammissibbiltà manifesta)
(2009/C 6/90)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent għal kunsinna, fir-residenza attwali tiegħu, tal-beni li tħallew preċedentement fil-post ta' servizz li ġie assenjat lilu f'Angola u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
Marcuccio huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 223, 22.9.2007, p. 18.
Full & Egal Universal Law Academy