19.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 340/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2011 — Romana Tabacchi vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-11/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Taljan tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar tat-tabakk mhux maħdum - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq - Parteċipazzjoni fil-ksur - Tul tal-ksur - Multi - Ċirkustanzi attenwanti - Limitu massimu ta’ 10 % mid-dħul mill-bejgħ - Trattament ugwali - Ġurisdizzjoni sħiħa)
2011/C 340/27
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Romana Tabacchi Srl, li qabel kienet Romana Tabacchi SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: M. Siragusa u G. C. Rizza, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment É. Gippini Fournier u F. Amato, sussegwentement É. Gippini Fournier u V. Di Bucci, finalment É. Gippini Fournier u L. Malferrari, aġenti)
Suġġett
Min-naħa waħda, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4012 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2005, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81(1) [KE] (Każ COMP/C.38.281/B.2 — Tabakk mhux maħdum — L-Italja), u, min-naħa l-oħra, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 1(b) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4012 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2005, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81(1) [KE] (Każ COMP/C.38.281/B.2 — Tabakk mhux maħdum — L-Italja), hija annullata sa fejn fiha l-Kummissjoni Ewropea kkonstatat li Romana Tabacchi Srl kienet ipparteċipat fil-ksur lil hinn minn Frar 1999.
(2)
L-ammont tal-multa imposta fuq Romana Tabacchi huwa ffisat għal EUR 1 miljun.
(3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(4)
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ Romana Tabacchi.
(5)
Fil-Kawża T-11/06 R, il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ Romana Tabacchi.
(1) ĠU C 60, 11.03.2006.
Full & Egal Universal Law Academy