22.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2011 — Deltafina vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-12/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Taljan tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar ta’ tabakk mhux maħdum - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq - Immunità minn multi - Kooperazzjoni - Multi - Proporzjonalità - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti)
2011/C 311/53
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Deltafina SpA (Orvieto, l-Italja) (rappreżentanti: R. Jacchia, A. Terranova, I. Van Bael, J.-F. Bellis u F. Di Gianni, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Whelan u F. Amato, sussegwentement A. Whelan u V. Di Bucci, u finalment É. Gippini Fournier u L. Malferrari, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament jew, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq Deltafina permezz tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4012 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2005, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81(1) [KE] (kawża COMP/C-38.281/B.2 — Tabakk mhux ipproċessat — L-Italja).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Deltafina SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 60, 11.03.2006.
Full & Egal Universal Law Academy