19.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 340/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2011 — Mindo vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-19/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Taljan tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar tat-tabakk mhux maħdum - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq - Ħlas tal-multa mill-kodebitur in solidum - Rikorrenti suġġetta għal proċeduri ta’ insolvenza pendenti - Telf tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2011/C 340/28
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Mindo Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: J. Folguera Crespo u P. Vidal Martínez, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment É. Gippini Fournier, N. Khan u F. Amato, sussegwentement minn É. Gippini Fournier, N. Khan u L. Malferrari, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4012 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2005, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81(1) [KE] (Każ COMP/C.38.281/B.2 — Tabakk mhux ipproċessat — L-Italja), u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq Mindo Srl.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.
(2)
Mindo Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 60, 11.03.2006.
Full & Egal Universal Law Academy