21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/39
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-6 ta’ Ottubru 2009 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-21/06) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Televiżjoni diġitali terrestri - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi lix-xandara tar-radju li jużaw in-netwerk diġitali terrestri tat-televiżjoni (DVB-T) fir-reġjun ta’ Berlin-Brandebourg - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u tordna l-irkupru tagħha - Prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ proporzjonalità - Drittijiet tad-difiża”)
2009/C 282/72
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u C. Schulze-Bahr, aġenti, assistiti minn G. Quardt, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. van Vliet u K. Gross, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/513/KE tad-9 ta’ Novembru 2005, dwar l-għajnuna mill-Istat implementata mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-introduzzjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri (DVB-T) fir-reġjun ta’ Berlin-Brandenbourg (ĠU 2006, L 200, p. 14).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 86, 8.4.2008.
Full & Egal Universal Law Academy