21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/39
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-6 ta’ Ottubru 2009 — MABB vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-24/06) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Televiżjoni diġitali terrestri - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi lix-xandara li jużaw in-netwerk ta’ televiżjoni diġitali terrestri (DVB-T) fir-reġjun ta’ Berlin Brandeburg - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Rikors għal annullament - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà”)
2009/C 282/73
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Medienanstalt Berlin-Brandenburg (MABB) (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment, M. Schütte, avukat, u B. Immenkamp, solicitor, sussegwentement M. Schütte)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. van Vliet u K. Gross, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Deutscher Kabelverband eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Struckmann, C. Arhold u N. Wimmer, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/513/KE tad-9 ta’ Novembru 2005, dwar l-għajnuna mill-Istat implementata mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-introduzzjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri (DVB-T) fir-reġjun ta’ Berlin-Brandebourg (ĠU 2006, L 200, p. 14).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Medienanstalt Berlin-Brandenburg (MABB) hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 86, 8.4.2006.
Full & Egal Universal Law Academy