22.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2011 — Alliance One International vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-25/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Taljan tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar ta’ tabakk mhux maħdum - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq - Imputabbiltà tal-aġir illegali - Multi)
2011/C 311/54
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Alliance One International, Inc. (Danville, Virginia, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Osti u A. Prastaro, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment É. Gippini Fournier u F. Amato, sussegwentement É. Gippini Fournier u N. Khan, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4012 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2005, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81(1) [KE] (kawża COMP/C-38.281/B.2 — Tabakk mhux ipproċessat — L-Italja), u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq Alliance One International.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Alliance One International, Inc hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 60, 11.03.2006.
Full & Egal Universal Law Academy