6.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Trioplast Wittenheim vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-26/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-boroż industrijali tal-plastik - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tul tal-ksur - Multi - Gravità tal- ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni waqt il-proċedura amministrattiva - Proporzjonalità)
2010/C 301/32
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Partijiet
Rikorrenti: Trioplast Wittenheim SA (Wittenheim, Franza) (rappreżentanti: T. Pettersson u O. Larsson, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castillo de la Torre, P. Hellström u V. Bottka, sussegwentement F. Castillo de la Torre, L. Parpala u V. Bottka, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2005, rigward proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 — Boroż Industrijali) li tikkonċerna akkordju fis-suq tal-boroż industrijali tal-plastikk, kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Trioplast Wittenheim SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 96, 22.4.2006.
Full & Egal Universal Law Academy