29.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 205/32
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Lulju 2009 — Zenab vs Il-Kummssjoni
(Kawża T-33/06) (1)
(“Sostenn finanzjarju Komunitarju - Programm ta’ tħeġġiġ għall-iżvilupp, għat-tqassim u għall-promozzjoni ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej (MEDIA Plus) - Sejħa għal proposti - Ċaħda tal-proposta - Delegazzjoni illegali allegata ta’ kompetenzi mogħtija lill-Kummissjoni - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Aċċess għad-dokumenti - Rikors għal annullament u għad-danni”)
2009/C 205/57
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Zenab SPRL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Wndey u P. De Bandt, avukati)
Konvenuta: Il-Kummssjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u L. Pignataro-Nolin, aġenti)
Suġġett
Fl-ewwel lok, annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 648599 tad-9 ta’ Novembru 2005, u, fit-tieni lok, konstatazzjoni tar-reponsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità Ewropea u l-kundanna tal-Kummissjoni li tħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 37 807 bħala danni għall-ispejjeż sostnuti fil-kuntest tas-sejħa għal proposti, l-ammont tad-danni morali minħabba l-ħsara għar-reputazzjoni u l-ammont tad-danni materjali minħabba d-dewmin fl-eżekuzzjoni tal-proġett EuroVOD kif ukoll il-ħatra ta’ espert sabiex jiġu evalwati dawn id-danni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud
2)
Zenab SPRL hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 74, 25.3.2006.
Full & Egal Universal Law Academy