22.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 134/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010 — Gollnisch vs Il-Parlament
(Kawża T-42/06) (1)
(“Privileġġi u immunitajiet - Membri tal-Parlament Ewropew - Deċiżjoni li ma jiġux imħarsa l-privileġġi u l-immunitajiet - Rikors għal annullament - Telf tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rikors għad-danni - Aġir li huwa akkużat bih il-Parlament - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Rabta kawżali”)
2010/C 134/48
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Bruno Gollnisch (Limonest, Franza) (rappreżentanti: W. de Saint Just u G. Dubois, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: H. Krück, C. Karamarcos u A. Padowska, sussegwentement H. Krück, D. Moore u A. Padowska, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tat-13 ta’ Diċembru 2005, li tadotta r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-376/2005) u tiċħad it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta’ Bruno Gollnisch [2005/2072 (IMM)], u, min-naħa l-oħra, rikors għad-danni intiż li jinkiseb kumpens għad-danni morali allegatament subiti mir-rikorrent wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal annullament.
(2)
It-talba għad-danni hija miċħuda.
(3)
Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll żewġ terzi tal-ispejjeż sostnuti minn Bruno Gollnisch, inklużi wkoll dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.
(4)
B. Gollnisch għandu jbati terz tal-ispejjeż tiegħu, inklużi wkoll dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 86, 8.4.2006.
Full & Egal Universal Law Academy