8.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 285/35
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-24 ta' Settembru 2008 — Reliance Industries vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni
(Kawża T-45/06) (1)
(“Politika kummerċjali komuni - Dazji kontra d-dumping - Dazji kumpensatorji - Skadenza tad-dazji - Avviż ta' ftuħ ta' reviżjoni - Terminu - Regoli tal-WTO’)
(2008/C 285/63)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Reliance Industries Ltd (Mumbai, l-India) (rappreżentanti: I. MacVay, S. Ahmed, solicitors, R. Thompson, QC, u K. Beal, barrister)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch, avukat); u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: N. Khan u P. Stancanelli, aġenti)
Suġġett
It-talbiet għal annullament:
—
tal-avviż tal-Kummissjoni tal-1 ta' Diċembru 2005, dwar il-ftuħ ta' reviżjoni tal-iskadenza tal-miżuri kumpensatorji li japplikaw għall-importazzjonijiet ta' ċertu tip ta' tereftalat tal-polietilene li joriġina b'mod partikolari, mill-Indja (ĠU C 304, p. 4),
—
tal-avviż tal-Kummissjoni tal-1 ta' Diċembru 2005, dwar il-ftuħ ta' reviżjoni tal-iskadenza ta' miżuri kontra d-dumping li japplikaw għall-importazzjonijiet ta' ċertu tip ta' tereftalat tal-polietilene li joriġina mill-Indja, mill-Indonesja, mir-Repubblika tal-Korea, mill-Malasja, mit-Tajwan u mit-Tajlandja u ta' reviżjoni intermedjarja parzjali tal-miżuri kontra d-dumping li japplikaw għall-importazzjonijiet ta' ċertu tip ta' tereftalat tal-polietilene li joriġina mir-Repubblika tal-Korea u mit-Tajwan (ĠU C 304, p. 9),
—
tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2603/2000 tas-27 ta' Novembru 2000, li jimponi taxxa kompensatorja u l-ġbir definittiv tad-dazji proviżjonali imposti fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tereftalat tal-polietilene li joriġina mill-Indja, Malasja u t-Tajlandja u li jtemm il-proċediment kontra s-sussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' ċerti tereftalat tal-polietilene li joriġina mill-Indonesja, r-Repubblika tal-Korea u t-Tajwan (ĠU L 301, p. 1), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2604/2000 tas-27 ta' Novembru 2000 illi jimponi dazju ta' kontra d-dumping definittiv u l-ġbir definittiv tad-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu poltilenu teraptalatu illi joriġina fl-Indja, fl-Indoneżja, fil-Malasja, fir-Repubblika tal-Korea, fit-Tajwan u fit-Tajlandja (ĠU L 310, p. 21), u tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/745/KE tad-29 ta' Novembru 2000 dwar l-aċċettazzjoni ta' tranżazzjonijiet li huma offerti fil-kuntest ta' proċedimenti kontra d-dumping u kontra s-sussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' ċerti tereftalat tal-polietilene (PET) li joriġina mill-Indja, mill-Indonesja, mill-Malasja, mir-Repubblika tal-Korea, mit-Tajwan u mit-Tajlandja (ĠU L 301, p. 88), safejn dawn l-atti japplikaw għar-rikorrenti wara l-1 ta' Diċembru 2005,
—
sussidjarjament, tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta' Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU 1996, L 56, p. 1), u tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta' Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 288, p. 1),
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Reliance Industries Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 86, 8.4.2006.
Full & Egal Universal Law Academy