25.10.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 272/19
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — Astex Therapeutics vs UASI — Protec Health International (astex TECHNOLOGY)
(Kawża T-48/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva astex TECHNOLOGY - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ASTEX - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Restrizzjoni tal-prodotti indikati fl-applikazzjoni għal trade mark - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2008/C 272/34)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Astex Therapeutics Ltd (Cambridge, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Edenborough, barrister, u R. Harrison, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Protec Health International Ltd (Cirencester, ir-Renju Unit)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta' Novembru 2005 (każ R 651/2004-2) dwar proċedimenti ta' opożizzjoni bejn Protec Health International Ltd u Astex Therapeutics Ltd.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Astex Therapeutics Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 86, 8.4.2006.
Full & Egal Universal Law Academy