5.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 133/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2012 — L-Irlanda et vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-50/06 RENV, T-56/06 RENV, T-60/06 RENV, T-62/06 RENV u T-69/06 RENV) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Direttiva 92/81/KEE - Dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali - Żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni tal-allumina - Eżenzjoni mis-sisa - Konformità tal-eżenzjoni ma’ deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 92/81 - Preżunzjoni tal-legalità tal-atti tal-Unjoni - Ċertezza legali - Amministrazzjoni tajba)
2012/C 133/39
Lingwi tal-kawża: l-Ingliż, il-Franċiż u t-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: L-Irlanda (rappreżentanti: inizjalment D. O’Hagan, sussegwentement E. Creedon, aġenti, assistiti minn P. McGarry, barrister) (Kawża T-50/06 RENV); Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u J. Gstalter, aġenti) (Kawża T-56/06 RENV); Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Aiello, G. De Bellis u S. Fiorentino, avvocati dello Stato) (Kawża T-60/06 RENV); Eurallumina SpA (Portoscuso, l-Italja) (rappreżentanti: R. Denton u L. Martin Alegi, solicitors) (Kawża T-62/06 RENV); u Aughinish Alumina Ltd (Askeaton, l-Irlanda) (rappreżentanti: J. Handoll u C. Waterson, solicitors) (Kawża T-69/06 RENV)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, N. Khan, D. Grespan u K. Walkerová, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/323/KE, tas-7 ta’ Diċembru 2005, dwar l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq iż-żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni tal-allumina fir-reġjun ta’ Gardanne, fir-reġjun ta’ Shannon u f’Sardinja, implementata minn Franza, l-Irlanda u l-Italja, rispettivament (ĠU 2006, L 119, p. 12).
Dispożittiv
(1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/323/KE, tas-7 ta’ Diċembru 2005, dwar l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq iż-żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni tal-allumina fir-reġjun ta’ Gardanne, fir-reġjun ta’ Shannon u f’Sardinja, implementata minn Franza, l-Irlanda u l-Italja rispettivament, hija annullata sa fejn din tikkonstata, jew hija bbażata fuq il-fatt ikkonstatat, li l-eżenzjonijiet mid-dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni tal-allumina mogħtija mir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda u r-Repubblika Taljana sal-31 ta’ Diċembru 2003 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, u sa fejn din tordna lir-Repubblika Franċiża, lill-Irlanda u lir-Repubblika Taljana jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jirkupraw l-imsemmija eżenzjonijiet mingħand il-benefiċjarji tagħhom sa fejn dawn tal-aħħar ma ħallsux dazju tas-sisa ta’ mill-inqas EUR 13.01 għal 1 000 kg ta’ żejt minerali tqil.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Irlanda, fil-Kawża T-50/06 RENV, mir-Repubblika Franċiża, fil-Kawża T-56/06 RENV, mir-Repubblika Taljana, fil-Kawża T-60/06 RENV, minn Eurallumina SpA, fil-Kawża T-62/06 RENV, u minn Aughinish Alumina Ltd, fil-Kawża T-69/06 RENV, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji fil-Kawża T-69/06 R.
(1) ĠU C 86, 08.04.2006.
Full & Egal Universal Law Academy