7.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/9
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2011 — Fardem Packaging vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-51/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-boroż industrijali tal-plastik - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Multi - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva)
2012/C 6/10
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Fardem Packaging BV (Edam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment F. J. Leeflang u W. Geelhoed, sussegwentement F. Leeflang u S. de Boer, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, A. Nijenhuis u S. Noë, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2005, rigward proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali) li tikkonċerna akkordju fis-suq tal-boroż industrijali tal-plastik, kif ukoll talba intiża għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Fardem Packaging BV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 96, 22.4.2006.
Full & Egal Universal Law Academy