7.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/9
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2011 — Kendrion vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-54/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-boroż industrijali tal-plastik - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Entità ekonomika - Responsabbiltà in solidum - Proporzionalità - Trattament ugwali - Multi - Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ - Kapaċità reali ta’ kontribuzzjoni)
2012/C 6/11
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Kendrion NV (Zeist, Il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment P. Glazener u C. Meijer, sussegwentement P. Glazener u L. Haasbeek, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, A. Nijenhuis u S. Noë, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634, tat-30 ta’ Novembru 2005, rigward proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali), sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti, li tikkonċerna akkordju fis-suq ta’ boroż industrijali tal-plastik, kif ukoll talba għal annullament jew, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Kendrion NV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 96, 22.4.2006.
Full & Egal Universal Law Academy